22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Södertörns tingsrätt — l-Isvezja) — Torsten Hörnfeldt vs Posten Meddelande AB
(Kawża C-141/11) (1)
(Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti dritt inkundizzjonali bħala ħaddiem sal-età ta’ 67 sena u li tawtorizza t-terminazzjoni awtomatika tal-kuntratt ta’ xogħol fi tmiem ix-xahar li matulu l-ħaddiem jilħaq din l-età - Assenza tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar)
2012/C 287/18
Lingwa tal-kawża: is-Svediż
Qorti tar-rinviju
Södertörns tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Torsten Hörnfeldt
Konvenuta: Posten Meddelande AB
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Södertörns tingsrätt — Interpretazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età u tal-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79) — Leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehim kollettiv li jagħtu lill-ħaddiem dritt inkundizzjonali li jaħdem sal-età ta’ 67 sena u li jipprevedu t-terminazzjoni awtomatika u mingħajr rexissjoni tar-relazzjoni ta’ xogħol fi tmiem ix-xahar li matulu l-ħaddiem jilħaq l-età ta’ 67 sena, mingħajr teħid inkunisderazzjoni tal-pensjoni li tista’ effettivament titħallas lilu.
Dispożittiv
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil persuna li timpjega li tittermina kuntratt ta’ xogħol ta’ impjegat għar-raġuni biss li dan tal-aħħar ikun laħaq l-età ta’ 67 sena u ma tiħux inkunsiderazzjoni l-livell tal-pensjoni tal-irtirar li l-persuna kkonċernata tkun ser tirċievi, peress li din hija oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata minn għan leġittimu dwar il-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol u tikkostitwixxi mezz xieraq u neċessarju għat-twettiq tagħha.
(1) ĠU C 152, 21.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy