29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-145/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/82/KE - Prodotti mediċinali veterinarji - Proċedura deċentralizzata bil-għan li tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’iktar minn Stat Membru wieħed - Prodotti mediċinali ġeneriċi simili għall-mediċini ta’ riferiment diġà awtorizzati - Rifjut li tiġi validata t-talba ta’ Stat Membru - Kompożizzjoni u forma tal-prodott mediċinali)
2012/C 295/16
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová, A. Marghelis u O. Beynet, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, S. Menez u R. Loosli-Surrans, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 32 u 33 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, li tistabilixxi il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 31) — Proċedura deċentralizzata bil-għan li tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f’iktar minn Stat Membru wieħed — Prodotti mediċinali ġeneriċi simili għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment diġà awtorizzati — Rifjut ta’ validazzjoni minn Stat Membru fuq il-bażi ta’ raġunijiet xjentifiċi relatati mal-kompożizzjoni tal mediċina u mal-għażla tal-forma farmaċewtika tagħha — Prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku
Dispożittiv
(1)
Billi rrifjutat li tivvalida żewġ talbiet ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali veterinarji CT-Line 15 % Premix u CT-Line 15 %Oral Powder fil-kuntest tal-proċedura deċentralizzata prevista mid-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, li tistabilixxi il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji, kif emendata bid-Direttiva 2004/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 32 u 33 ta’ din id-direttiva.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 160, 28.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy