16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Gravenhage — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Leno Merken BV vs Hagelkruis Beheer BV
(Kawża C-149/11) (1)
(Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 15(1) - Kunċett ta’ “użu ġenwin mit-trade mark” - Portata territorjali tal-użu - Użu tat-trade mark Komunitarja fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed - Suffiċjenti)
2013/C 46/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te ’s-Gravenhage
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Leno Merken BV
Konvenuta: Hagelkruis Beheer BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Gerechtshof te ’s-Gravenhage- Interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1) — Użu tat-trade mark — Użu ġenwin — Kunċett — Użu tat-trade mark Komunitarja fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed — Użu kkunsidrat bħala ġenwin minn dan tal-aħħar fil-każ ta’ trade mark nazzjonali identika.
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ “użu ġenwin fil-Komunità” ta’ trade mark fis-sens ta’ din id-dispożizjoni, ma għandhomx jitqiesu l-fruntieri tat-territorju tal-Istati Membri.
Trade mark Komunitarja għandha tkun is-suġġett ta’ “użu ġenwin”, fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, meta użata skont il-funzjoni essenzjali tagħha u bil-għan li żżomm jew toħloq ishma tas-suq fil-Komunità Ewropea għall-prodotti jew għas-servizzi identifikati minn din it-trade mark. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet huma sodisfatti fil-kawża prinċipali, billi tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti, bħalma huma b’mod partikolari l-karatteristiċi tas-suq inkwistjoni, in-natura tal-prodotti jew tas-servizzi protetti mit-trade mark, il-portata territorjali u kwantitattiva tal-użu kif ukoll il-frekwenza u r-regolarità ta’ din tal-aħħar.
(1) ĠU C 179, 18.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy