17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-150/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 1999/37/KE - Dokumenti ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi - Vetturi li qabel kienu rreġistrati fi Stat Membru ieħor - Bidla fil-proprjetarju - Obbligu li jitwettaq kontroll tekniku - Talba għall-produzzjoni taċ-ċertifikat ta’ konformità - Kontroll tekniku mwettaq fi Stat Membru ieħor - Nuqqas ta’ rikonoxximent - Assenza ta’ ġustifikazzjonijiet)
2012/C 355/07
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet u A. Marghelis, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: T. Materne u J.-C. Halleux, aġenti, assistiti minn F. Libert u S. Rodrigues, avukati)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 34 TFUE u tad-Direttiva tal Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 351) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi l-produzzjoni ta’ ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura għall-kontroll tekniku (roadworthiness test) qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li qabel tkun irreġistrata fi Stat Membru ieħor — Nuqqas ta’ osservanza tar-riżultati tal kontroll imwettaq fi Stati Membri oħra — Restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija — Nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet
Dispożittiv
(1)
Billi eżieġa b’mod sistematiku, barra l-produzzjoni taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, dik taċ-ċertifikat ta’ konformità ta’ vettura għall-finijiet tal-kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni ta’ vettura li qabel kienet irreġistrata fi Stat Membru ieħor, kif ukoll billi ssuġġetta tali vetturi, li jkollhom proprjetarju ġdid, għal kontroll tekniku qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom, mingħajr ma ħa inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-kontroll tekniku mwettaq fi Stat Membru ieħor, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE, tad-29 ta’ April 1999, dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/103/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, u taħt l-Artikolu 34 TFUE.
(2)
Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 160, 28.05.2011.
Full & Egal Universal Law Academy