5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — Klub OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
(Kawża C-153/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Tnissil ta’ dritt għal tnaqqis - Dritt għal kumpannija li tnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa għax-xiri ta’ beni kapitali li għadu mhux qed jiġi operat fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija)
2012/C 133/16
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administrativen sad — Varna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Klub OOD
Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Tnaqqis tal-VAT imħallsa mill-persuna taxxabbli għall-beni kkunsinnati lilha sa fejn jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha — Dritt għal kumpannija, li l-attività prinċipali tagħha hija l-kiri ta’ beni immobbli tagħha, li tnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imposta għax-xiri ta’ beni immobbli ieħor li għadu mhux qed jiġi operat fl-attivitajiet professjonali ta’ din il-kumpannija
Dispożittiv
L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli li xtrat beni kapitali filwaqt li taġixi bħala tali u assenjatu fil-patrimonju tal-impriża għandha d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq ix-xiri ta’ dan il-beni matul il-perijodu fiskali li fih it-taxxa tkun saret dovuta, irrispettivament minn jekk dan il-beni huwiex immedjatament użat għal għanijiet professjonali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk il-persuna taxxabbli xtratx il-beni kapitali għall-bżonnijiet tal-attività ekonomika tagħha u tevalwa, skont il-każ, l-eżistenza ta’ prattika frawdolenti.
(1) ĠU C 186, 25.06.2011
Full & Egal Universal Law Academy