5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Napoli — l-Italja) — Giuseppe Sibilio vs Comune di Afragola
(Kawża C-157/11) (1)
(Politika soċjali - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Direttiva 1999/70/KE - Klawżola 2 - Kunċett ta’ “kuntratt jew relazzjoni ta’ xogħol iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiki fis-seħħ f’kull Stat Membru” - Kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehim qafas - Punt 1 tal-Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Persuni li jwettqu “xogħolijiet soċjalment utli” mal-amministrazzjonijiet pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi differenza bejn il-benefiċċju mħallas lill-ħaddiema soċjalment utli u r-remunerazzjoni mogħtija lill-ħaddiema għal żmien determinat u/jew indeterminat impjegati mill-istess amministrazzjonijiet u li jwettqu l-istess attivitajiet)
2012/C 133/17
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Giuseppe Sibilio
Konvenuta: Comune di Afragola
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunale di Napoli — Interpretazzjoni tal-klawżoli 2, 3, 4 u 5 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Persuni mhux qegħda li jirreġistraw għax-xogħol, impjegati mal-amministrazzjonijiet pubbliċi, għal żmien determinat u għal xogħolijiet soċjalment utli/xogħolijiet ta’ utilità pubblika (imsejħa ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi trattament differenti fir-rigward tal-ħlas bejn il-ħaddiema soċjalment utli/ħaddiema ta’ utilità pubblika u l-ħaddiema impjegati għal żmien indeterminat mal-istess amministrazzjonijiet pubbliċi għall-istess attivitajiet.
Dispożittiv
Il-Klawżola 2 tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li huwa anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi li r-relazzjoni stabbilita bejn il-ħaddiema soċjalment utli u l-amministrazzjonijiet pubbliċi li dawn jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom għalihom ma tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas, meta, liema ħaġa għandha tiġi ddeterminata mill-qorti tar-rinviju, dawn il-ħaddiema ma jkunux jibbenefikaw minn relazzjoni ta’ xogħol kif iddefinita mil-leġiżlazzjoni, mill-ftehim kollettivi jew mill-prattiċi nazzjonali fis-seħħ, jew meta l-Istati Membri u/jew l-imsieħba soċjali jkunu eżerċitaw il-fakultà rrikonoxxuta lilhom fil-punt 2 tal-imsemmija klawżola.
(1) ĠU C 173, 11.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy