21.4.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-1 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Oviedo — Spanja) — Angel Lorenzo González Alonso vs Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE
(Kawża C-166/11) (1)
(Protezzjoni tal-konsumaturi - kuntratti nnegozjati barra mil-lok tan-negozju - Direttiva 85/577/KEE - Kamp ta’ applikazzjoni - Esklużjoni - Kuntratti ta’ assigurazzjoni unit linked)
2012/C 118/11
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Oviedo
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
Rikorrent: Angel Lorenzo González Alonso
Konvenuta: Nationale Nederlanden Vida Cia De Seguros y Reaseguros SAE
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Audiencia Provincial de Oviedo — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 262) — Kuntratt innegozjat barra mil-lok tan-negozju u li joffri assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għall-ħlas kull xahar ta’ primjum investit f’diversi prodotti tal-istess impriża
Dispożittiv
Kuntratt konkluż barra mil-lok tan-negozju u li jagħti assigurazzjoni għall-ħajja bi skambju għal ħlas kull xahar ta’ primjum intiż li jiġi investit, fi proporzjonijiet differenti, f’investimenti bi dħul fiss, f’investimenti bi dħul varjabbli u fi prodotti ta’ investiment finanzjarju tal-kumpannija inkwistjoni ma jaqax, skont l-Artikolu 3(2)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, biex tħares lill-konsumatur rigward kuntratti nnegozjati barra mill-lok tan-negozju, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 173, 11.06.2011
Full & Egal Universal Law Academy