27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Maurice Robert Josse Marie Ghislain Lippens, Gilbert Georges Henri Mittler, Jean Paul François Caroline Votron vs Hendrikus Cornelis Kortekaas, Kortekaas Entertainment Marketing BV, Kortekaas Pensioen BV, Dirk Robbard De Kat, Johannes Hendrikus Visch, Euphemia Joanna Bökkerink, Laminco GLD N-A, Ageas NV, li kienet Fortis NV
(Kawża C-170/11) (1)
(Regolament (KE) Nru 1206/2001 - Kooperazzjoni fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Smigħ minn qorti ta’ Stat Membru ta’ xhud li huwa parti għall-kawża prinċipali u residenti fi Stat Membru ieħor - Possibbiltà li tħarrek parti bħala xhud quddiem qorti kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ dik il-qorti)
2012/C 331/12
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maurice Robert Josse Marie Ghislain Lippens, Gilbert Georges Henri Mittler, Jean Paul François Caroline Votron
Konvenuti: Hendrikus Cornelis Kortekaas, Kortekaas Entertainment Marketing BV, Kortekaas Pensioen BV, Dirk Robbard De Kat, Johannes Hendrikus Visch, Euphemia Joanna Bökkerink, Laminco GLD N-A, Ageas NV, li kienet Fortis NV
Suġġett
Deċiżjonijiet ta’ deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4. p. 121) — Kamp ta’ applikazzjoni — Smigħ mill-qrati Olandiżi ta’ xhieda, partijiet ukoll fil-proċeduri tal-kawża prinċipali, mhux residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi — Dritt proċedurali intern
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali, b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) ta’ dan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-qorti kompetenti ta’ Stat Membru li tixtieq tisma’, bħala xhud, lil parti residenti fi Stat Membru ieħor, għandha l-fakoltà, sabiex tipproċedi b’tali smigħ, li tħarrek lil din il-parti quddiemha u li tismagħha b’mod konformi mad-dritt tal-Istat Membru tagħha.
(1) ĠU C 179, 18.6.2011
Full & Egal Universal Law Academy