22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica, HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem dd vs Bundesminister für Finanzen.
(Kawża C-176/11) (1)
(Artikolu 56 TFUE - Restrizzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi r-reklamar għal casinos li jinsabu fi Stati oħra jekk il-livell ta’ protezzjoni legali tal-lagħba f’dawn l-Istati ma jkunx ekwivalenti għal dak iggarantit fuq livell nazzjonali - Ġustifikazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità)
2012/C 287/21
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: HIT hoteli, igralnice, turizem dd Nova Gorica, HIT LARIX, prirejanje posebnih iger na sreco in turizem dd
Konvenuta: Bundesminister für Finanzen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verfassungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 56 TFUE et seq — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, fit-territorju tagħha, ir-reklamar ta’ casinos fi Stati oħra jekk il-livell ta’ protezzjoni legali tal-persuni li jilagħbu f’dawn l-Istati ma jkunx ekwivalenti għal-livell ta’ protezzjoni ggarantit fuq livell nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha r-reklamar f’dan l-Istat li jippromwovi l-istabbilimenti ta’ casinos li jinsabu fi Stat Membru ieħor jiġi awtorizzat biss jekk id-dispożizzjonijiet legali adottati f’dan l-Istat Membru fil-qasam tal-protezzjoni tal-lagħba jagħtu garanziji li sostanzjalment ikunu ekwivalenti għal dawk tad-dispożizzjonijiet legali korrispondenti fis-seħħ fl-ewwel Stat Membru.
(1) ĠU C 226, 30.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy