18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Syllogos Ellinon Poleodomon kai chorotakton vs/Ypourgos Perivallontos, Chorotaxias & Dimosion Ergon, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis
(Kawża C-177/11) (1)
(Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Artikolu 3(2)(b) - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)
2012/C 250/11
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Syllogos Ellinon Poleodomon kai chorotakton
Konvenuti: Ypourgos Perivallontos, Chorotaxias & Dimosion Ergon, Ypourgos Oikonomikon, Ypourgos Esoterikon, Dimosias Dioikisis kai Apokentrosis
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Symvoulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) kif ukoll tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Kundizzjoni, sabiex issir stima tal-effetti fuq l-ambjent ta’ pjanijiet jew programmi speċifiċi, li jkollhom effetti eventwali kunsiderevoli fuq żona speċjali ta’ konservazzjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri
Dispożittiv
L-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandu jiġi interpretat fis-sens li jissuġġetta l-obbligu li pjan speċifiku jiġi sottomess għal evalwazzjoni ambjentali fil-każ li jiġu sodisfatti, fir-rigward ta’ dan l-istess pjan, kundizzjonijiet li jeħtieġu li dan jiġi sottomess għal evalwazzjoni ambjentali fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, hekk kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2006/105/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, inkluża l-kundizzjoni li l-pjan jista’ jaffettwa s-sit b’mod sinjifikattiv. L-eżami mwettaq sabiex jiġi vverifikat jekk din l-aħħar kundizzjoni hijiex sodisfatta huwa neċessarjament limitat għall-kwistjoni dwar jekk jistax jiġi eskluż, fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi, li l-imsemmi pjan jew proġett jaffettwa s-sit ikkonċernat b’mod sinjifikattiv.
(1) ĠU C 194, 02.07.2011
Full & Egal Universal Law Academy