22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Compañía Española de Tabaco en Rama, SA (Cetarsa) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-181/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Spanjol tax-xiri u tal-ewwel ipproċessar tat-tabakk mhux maħdum - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar ta’ prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Ugwaljanza fit-trattament - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Kooperazzjoni - Żnaturament tal-provi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Nuqqas ta’ motivazzjoni)
2012/C 287/22
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Compañía Española de Tabaco en Rama, SA (Cetarsa) (rappreżentanti: M. Araujo Boyd, J. Bunedía Sierra u Á. Givaja Sanz, avukati)
Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, E. Gippini Fournier u L Malferrari, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2011 — Cetarsa vs Il-Kummissjoni (T-33/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 4030 finali, tal-20 ta’ Ottubru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81(1) [KE] (Każ COMP/C.38.238/B.2 — Tabakk mhux maħdum — Spanja) u kontrotalba tal-Kummissjoni intiża għaż-żieda tal-ammont tal-multa imposta fuq l-appellanti.
Dispożittiv
(1)
L-appelli prinċipali u inċidentali huma miċħuda.
(2)
Il-Compañía española de tabaco en rama SA (Cetarsa) hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.
(1) ĠU C 186, 25.06.2011.
Full & Egal Universal Law Academy