26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato — l-Italja) — Econord Spa vs Comune di Cagno (C-182/11), Comune di Varese, Comune di Solbiate (C-183/11), Comune di Varese
(Kawżi magħquda C-182/11 u C-183/11) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Awtorità kontraenti li teżerċita fuq entità li ngħatat kuntratt li hija legalment distinta minnha, kontroll analogu għal dak li din teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess - Nuqqas ta’ obbligu li tiġi organizzata proċedura ta’ għoti skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni (għoti msejjaħ “in house”) - Entità li ngħatat il-kuntratt ikkontrollata b’mod konġunt minn diversi kollettivitajiet territorjali - Kundizzjonijiet għall-applikabbiltà ta’ għoti “in house”)
2013/C 26/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Econord Spa
Konvenuti: Comune di Cagno (C-182/11), Comune di Varese, Comune di Solbiate (C-183/11), Comune di Varese
Suġġett
Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Stato — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Għoti mingħajr sejħa għal offerti — Kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-indafa urbana mogħti minn żewġ awtoritajiet pubbliċi, mhux permezz ta’ proċedura formali għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, lil kumpannija pubblika li l-awtoritajiet kontraenti tagħha għandhom sehem fil-kapital — Nuqqas ta’ kontroll effettiv ta’ waħda mill-imsemmija awtoritajiet pubbliċi fuq il-kumpannija li tipprovdi s-servizz
Dispożittiv
Meta diversi awtoritajiet pubbliċi, fil-kwalità tagħhom bħala awtorità kontraenti, jistabbilixxu b’mod komuni bejniethom entità responsabbli mit-twettiq tal-missjoni ta’ servizz pubbliku tagħhom jew meta awtorità pubblika taderixxi ma’ tali entità, il-kundizzjoni stabbilita mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tgħid li dawn l-awtoritajiet, sabiex ikunu meħlusa mill-obbligu tagħhom li jibdew proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jeżerċitaw flimkien fuq din l-entità kontroll analogu għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess hija sodisfatta meta kull waħda minn dawn l-awtoritajiet tipparteċipa kemm fil-kapital kif ukoll fl-organi ta’ tmexxija tal-entità msemmija.
(1) ĠU C 211, 16.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy