17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) — Daniela Mühlleitner vs Ahmad Yusufi u Wadat Yusufi
(Kawża C-190/11) (1)
(Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mill-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 15(1)(c) - Limitazzjoni eventwali ta’ din il-ġurisdizzjoni għall-kuntratti li jsiru mill-bogħod)
2012/C 355/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Daniela Mühlleitner
Konvenuti: Ahmad Yusufi u Wadat Yusufi
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberster Gerichtshof — Interpetazzjoni tal-Artikolu 15(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi — Possibbiltà ta’ limitazzjoni ta’ din il-ġurisdizzjoni għall-kuntratti konklużi mill-bogħod.
Dispożittiv
L-Artikolu 15(1)(c) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeħtieġx li l-kuntratt bejn il-konsumatur u n-negozjant ikun ġie konkluż mill-bogħod.
(1) ĠU C 204, 09.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy