10.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 73/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Jannar 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-192/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi - Portata tas-sistema ta’ protezzjoni - Derogi mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva)
2012/C 73/10
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u S. Petrova, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 1, 5, u 9(1) u (2) tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, p. 7) — Kamp ta’ applikazzjoni — Restrizzjoni tal-protezzjoni għal dawk l-ispeċi ta’ għasafar biss li jgħixu fit-territorju nazzjonali biss — Definizzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet għal deroga mill-projbizzjonijiet previsti mid-Direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi ma applikatx il-miżuri nazzjonali ta’ konservazzjoni għall-ispeċi kollha tal-għasafar li jinsabu fin-natura fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri u li jibbenefikaw minn protezzjoni taħt id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi u billi ma ddefinixxietx b’mod korrett il-kundizzjonijiet li għandhom jitħarsu sabiex issir deroga mill-projbizzjonijiet previsti minn din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 1, 5 u 9(1) u (2) tal-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 211, 16.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy