23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-193/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema partikolari ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar - Differenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ skema partikolari għal persuni li ma humiex passiġġieri - Kunċetti ta’ “passiġġier” u ta’ “klijent”)
2013/C 344/04
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u K. Herrmann, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: A. Kraińska u A. Kramarczyk kif ukoll minn M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller kif ukoll J. Očková, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. S. Pilczer, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u R. Laires, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ skema partikolari ta’ tassazzjoni tal-aġenziji tal-ivvjaġġar għat-tranżazzjonijiet mwettqa minnhom favur benefiċjarji li ma humiex il-passiġġieri
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika tal-Polonja.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Portugal u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 204, 9.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy