7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Formula One Licensing BV vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Global Sports Media Ltd
(Kawża C-196/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Trade mark figurattiva F1-LIVE - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali u nazzjonali F1 u tat-trade mark figurattiva Komunitarja F1 Formula 1 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Element deskrittiv - Kanċellament tal-protezzjoni riżervata għal trade mark preċedenti nazzjonali - Probabbiltà ta’ konfużjoni)
2012/C 200/06
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Formula One Licensing BV (rappreżentanti: K. Sandberg u B. Klingberg, avukati)
Appellata: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Global Sports Media Ltd (rappreżentant: T. de Haan, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Frar 2011 fil-Kawża T-10/09 (Formula One Licensing vs UASI) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament ippreżentata mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi Komunitarji u nazzjonali “F1”, “F1 Formula 1”, “F1 Racing Simulation”, “F1 Pole Position” u “F1 Pit Stop Café”, għal prodotti fil-klassijiet 16, 38 u 41, kontra d-deċiżjoni R 7/2008-1 tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-16 ta’ Ottubru 2008, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “F1-Live”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 38 u 41, fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mir-rikorrenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b)), u l-Artikolu 8(5), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta’ Frar 2011, Formula One Licensing vs UASI — Global Sports Media (F1-LIVE), (T-10/09), hija annullata.
(2)
Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
(3)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 179, 18.06.2011
Full & Egal Universal Law Academy