7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Union of European Football Associations (UEFA) vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-201/11 P) (1)
(Appell - Xandir bit-televiżjoni - Direttiva 89/552/KEE - Artikolu 3a - Miżuri adottati mir-Renju Unit li jikkonċernaw avvenimenti ta’ importanza kbira għas-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru - Kampjonat Ewropew tal-futbol - Deċiżjoni li tiddikjara l-miżuri kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Motivazzjoni - Artikoli 49 KE u 86 KE - Dritt għall-proprjetà)
2013/C 260/03
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Union of European Football Associations (UEFA) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, u D. Piccinin, barrister, b’mandat minn B. Keane u T. McQuail, solicitors)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u N. Yerrell, kif ukoll minn A. Dawes, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister), ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Seeboruth u J. Beeko, aġenti, assistiti minn T. de la Mare, barrister)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Frar 2011, UEFA vs Il-Kummissjoni (T-55/08) li tiċħad rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/730/KE, tas 16 ta’ Ottubru 2007, dwar il-kompatibbiltà mal-liġi Komunitarja tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (JO L 295, p. 12)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L-Union des associations européennes de football (UEFA) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 204, 9.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy