9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mis-Sąd Okręgowy we Wrocławiu — Il-Polonja) — Iwona Szyrocka vs Siger Technologie GmbH
(Kawża C-215/11) (1)
(Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea - Applikazzjoni għal ordni li ma tissodisfax ir-rekwiżiti formali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Natura eżawrjenti tal-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni - Possibbiltà li jintalbu l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali dovut)
2013/C 38/04
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Iwona Szyrocka
Konvenuta: Siger Technologie GmbH
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sąd Okręgowy we Wrocławiu — Interpretazzjoni tal Artikoli 4, 7, 8, 9 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (ĠU L 399, p. 1) — Applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet formali previsti, minn naħa, mir-Regolament u, min-naħa l-oħra, mil-leġiżlazzjoni nazzjonali — Dritt applikabbli għall-proċedura intiża biex tikkompleta jew tirrettifika l-applikazzjoni — Possibbiltà li jintalbu interessi fuq it talba mid-data minn meta ssir dovuta sad-data ta’ meta jsir il-ħlas
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola b’mod eżawrjenti l-kundizzjonijiet li għandha tissodisfa l-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea.
Il-qorti nazzjonali tibqa’, skont l-Artikolu 25 ta’ dan ir-regolament u b’riżerva għall-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-artikolu, libera li tiddetermina l-ammont tal-ispejjeż legali skont il-modalitajiet previsti mid-dritt nazzjonali tagħha, dejjem sakemm dawn il-modalitajiet ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern u li huma ma jrendux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni.
(2)
L-Artikoli 4 u 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1896/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li pretendent jitlob, fil-kuntest tal-applikazzjoni għal ordni ta’ ħlas Ewropea, l-interessi għall-perijodu mid-data tal-eżiġibbiltà tagħhom sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali.
(3)
Meta jiġi ordnat lill-konvenut iħallas lill-pretendent l-interessi li ddekorrew sad-data ta’ ħlas tal-ammont prinċipali, il-qorti nazzjonali tibqa’ libera li tagħżel il-modalitajiet konkreti sabiex tiġi kkompletata l-formola ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea, li tinsab fl-Anness V tar-Regolament Nru 1896/2006, sa fejn il-formola hekk ikkompletata tippermetti lill-konvenut, minn naħa, li jiddistingwi mingħajr ebda dubju d-deċiżjoni li tgħid li għandu jħallas l-interessi li ddekorrew sad-data tal-ħlas tal-ammont prinċipali u, min-naħa l-oħra, li jidentifika b’mod ċar ir-rata ta’ interessi kif ukoll id-data li minnha ntalbu dawn l-interessi.
(1) ĠU C 219, 23.07.2011
Full & Egal Universal Law Academy