18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs République française
(Kawża C-216/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/12/KEE - Dazji tas-sisa - Prodotti tat-tabakk akkwistati fi Stat Membru u ttrasportati lejn Stat Membru ieħor - Kriterji ta’ evalwazzjoni esklużivament kwantitattivi - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni)
2013/C 141/05
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u O. Beynet, aġenti)
Konvenuta: République française (rappreżentanti: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 34 TFUE u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179), b’mod partikolari tal-Artikoli 8 u 9 tagħha — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi sanzjonijiet finanzjarji, lil hinn minn ċerti limiti, fil-każ taż-żamma, għal użu personali, ta’ prodotti ta’ tabakk akkwistati fi Stat Membru u ttrasportati lejn ieħor — Kriterji ta’ evalwazzjoni esklużivament kwantitattivi — Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni
Dispożittiv
(1)
Meta tuża kriterju purament kwantitattiv għall-evalwazzjoni tan-natura kummerċjali taż-żamma minn individwi ta’ tabakk immanifatturat li ġej minn Stat Membru ieħor kif ukoll meta tapplika dan il-kriterju għal kull vettura individwali (u mhux għal kull persuna), u b’mod globali għall-prodotti kollha tat-tabakk, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi li għandha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, u, b’mod partikolari, l-Artikoli 8 u 9 tagħha.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 226, 30.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy