16.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 174/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ April 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) — lr-Renju Unit) — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Able UK Ltd
(Kawża C-225/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112/KE - Eżenzjonijiet - Artikolu 151(1)(ċ) - Operazzjoni ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru)
2012/C 174/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Konvenuta: Able UK Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Eżenzjonijiet fir-rigward ta’ ċerti operazzjonijiet imqabbla mal-esportazzjonijiet — Operazzjoni ta’ żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta Amerikana magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru
Dispożittiv
L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, magħmula fi Stat Membru kontraenti fit-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u li tikkonsisti fiż-żmuntaġġ ta’ bastimenti li ma għadhomx jintużaw mill-flotta ta’ Stat ieħor kontraenti f’dan it-trattat, hija, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud biss meta:
—
din il-provvista hija magħmula għal impjegati tal-forzi armati ta’ dan l-Istat ieħor li jipparteċipaw fl-isforz komuni tad-difiża jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom, u li
—
din l-istess provvista hija magħmula għal impjegati tal-imsemmija forzi armati stazzjonati jew fuq żjara fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew għall-impjegati ċivili li jakkumpanjawhom.
(1) ĠU C 211, 16.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy