3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Landgericht Düsseldorf — Allemagne) — Melzer vs MF Global UK Ltd
(Kawża C-228/11) (1)
(Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Kompetenzi speċjali fi kwistjonijiet dwar delitt jew kważi delitt - Parteċipazzjoni transkonfinali ta’ diversi persuni fl-istess att illeċitu - Possibbiltà li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni territorjali skont il-post tal-att imwettaq minn awtur tad-dannu li huwa differenti mill-konvenut (“wechselseitige Handlungsortzurechnung”))
2013/C 225/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Melzer
Konvenuta: MF Global UK Ltd
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) — Ġurisdizzjoni speċjali fil-qasam ta’ delitti u ta’ kważi delitti — Determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni territorjali fir-rigward ta’ kawża għad-danni fil-każ ta’ parteċipazzjoni transkonfinali ta’ diversi persuni fl-istess att illegali — Possibbiltà li din il-ġurisdizzjoni tiġi stabbilita skont il-post tal-att imwettaq minn awtur tal-fatt li jikkawża d-dannu li ma jkunx il-konvenut
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li jiġi stabbilit, skont il-post tal-fatt dannuż imputat lil wieħed mill-allegati awturi ta’ dannu, li ma huwiex parti mill-kawża, ġurisdizzjoni kontra allegat awtur ieħor tal-imsemmi dannu li ma jkunx aġixxa fil-kuntest tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.
(1) ĠU C 211, 16.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy