10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA
(C-231/11 P sa C-233/11 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Kunċett ta’ impriża - Prinċipji ta’ responsabbiltà personali u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali - Prinċipju ne ultra petita - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament))
2014/C 175/02
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, R. Sauer u N. von Lingen, aġenti) (C-231/11 P), Siemens Transmission & Distribution Ltd (C-232/11 P), Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA (C-233/11 P) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, R. Sauer u N. von Lingen, aġenti)
Suġġett
Appelli mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-122/07 sa T-124/07) – li għandha bħala suġġett, primarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass), kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti
Dispożittiv
1)
Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07), huwa annullat sa fejn jannulla l-Artikolu 2(j) u (k) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass).
2)
L-ewwel inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07), huwa annullat.
3)
It-tieni sar-raba’ inċiżi tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07), huma annullati sa fejn jimplikaw l-iffissar tas-sehem tar-rikorrenti fl-ewwel istanza tal-ammonti tal-multa li għalihom huma kienu ġew ikkundannati li jħallsu in solidum.
4)
Il-kumplament tal-appelli huma miċħuda.
5)
Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA u Nuova Magrini Galileo SpA huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-231/11 P.
6)
Siemens Transmission & Distribution Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-232/11 P.
7)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-233/11 P.
8)
L-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza jibqgħu mqassma skont il-punti 5 sa 7 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07).
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy