23.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 344/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-236/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Differenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ din l-iskema partikolari lil persuni oħra minbarra l-vjaġġaturi - Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijent”)
2013/C 344/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u D. Recchia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. De Bellis, avvocato dello Stato)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u T. Müller kif ukoll minn J. Očková, aġenti), ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E.-M. Mamouna, aġent), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. S. Pilczer, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-applikazzjoni tas-sistema speċjali ta’ tassazzjoni għall-aġenziji tal-ivvjaġġar għat-tranżazzjonijiet magħmula minnhom għall-benefiċċju ta’ benefiċjarji oħra li ma humiex il-vjaġġaturi
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Repubblika Taljana.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 238, 13.8.2011
Full & Egal Universal Law Academy