3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-25 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-241/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2003/41/KE - Attivitajiet u sorveljanza tal-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar professjonali - Nuqqas ta’ traspożizzjoni parzjali fit-terminu previst - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa)
2013/C 225/08
Lingwa tal-kawża: Ċek
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, N. Yerrell u K.-Ph. Wojcik, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Očková, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 260 TFUE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Jannar 2010, fil-Kawża C-343/08, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka — Nuqqas li tiġi adottata, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Ġunju 2003, dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali [professjonali] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 35) — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità
Dispożittiv
(1)
Billi ma adottatx, fid-data li fiha skada t-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni indirizzata lir-Repubblika Ċeka mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 260(2) TFUE, il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka (C-342/08), ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
(2)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 250 000.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 232, 6.8.2011
Full & Egal Universal Law Academy