12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-244/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 56 KE - Sistema li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwist ta’ drittijiet ta’ vot li jirrappreżentaw iktar minn 20 % tal-kapital azzjonarju ta’ ċerti “kumpanniji pubbliċi limitati strateġiċi” - Mekkaniżmu ta’ kontroll ta’ ċerti deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-kumpanniji)
2013/C 9/22
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Montaguti u G. Zavvos, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos u K. Boskovits, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel l-akkwsit ta’ drittijiet ta’ vot li jikkorrispondu għal 20 % jew iktar tal-kapital azzjonarju globali f’kumpanniji ta’ importanza strateġika nazzjonali — Ksur tal-Artikoli 49 u 63 TFUE
Dispożittiv
(1)
Meta tistabbilixxi r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 1(1), moqri flimkien mal-Artikolu 11(2), u dawk imsemmija fl-Artikolu 11(3) tal-Liġi 3631/2008 dwar il-ħolqien ta’ fond nazzjonali għall-koeżjoni soċjali, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 43 KE dwar il-libertà ta’ stabbiliment.
(2)
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 219, 23.7.2011.
Full & Egal Universal Law Academy