20.4.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 114/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-246/11 P) (1)
(Appell - Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) - Regolament (KEE) Nru 2052/88 - Artikolu 13(3) - Regolament (KEE) Nru 4253/88 - Artikolu 21(1) - Sussidju globali ta’ sostenn għall-investiment lokali fil-Portugall - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja)
2013/C 114/13
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, S. Rodrigues u A. Gattini, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, A. Steiblytė u P. Guerra e Andrade, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (T-387/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) li tikkonċerna s-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995.
Dispożittiv
(1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2011, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (T-387/07), hija annullata.
(2)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3772, tal-31 ta’ Lulju 2007, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li tikkonċerna s-sussidju globali ta’ għajnuna għall-investiment lokali fil-Portugall abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(95) 1769, tat-28 ta’ Lulju 1995, hija annullata.
(3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik fl-appell.
(1) ĠU C 219, 23.07.2011
Full & Egal Universal Law Academy