10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Areva vs Alstom SA, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG, Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-247/11 P u C-253/11 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpanniji parent tagħhom - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Kunċett ta’ impriża - Solidarjetà msejħa “ta’ fatt” - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament))
2014/C 175/03
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Areva (rappreżentanti: A. Schild, C. Simphal u E. Estellon, avukati) (C-247/11 P), Alstom SA, T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, Alstom Grid AG (C-253/11 P) (rappreżentanti: J. Derenne, A. Müller-Rappard u M. Lagrue, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Alstom SA, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG (rappreżentanti: J. Derenne, A. Müller-Rappard u M. Lagrue, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. von Lingen, aġenti), Areva (rappreżentanti: A. Schild, C.Simphal u E. Estellon, avukati)
Suġġett
Appelli mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011, Areva et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-117/07 u T-121/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899) – Switchgear insulat bil-gass – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa- Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur
Dispożittiv
1)
It-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2011, Areva et vs Il-Kummissjoni (T-117/07 u T-121/07), huwa annullat.
2)
L-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass), huwa annullat.
3)
Għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(b) sa (f), tad-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali, multa ta’ EUR 27 795 000 hija imposta fuq Alstom SA, in solidum ma’ Alstom Grid SAS, u multa ta’ EUR 20 400 000 hija imposta fuq Areva SA, fuq T & D Holding SA u fuq Alstom Grid AG, in solidum ma’ Alstom Grid SAS.
4)
Il-kumplament tal-appelli huma miċħuda.
5)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess kemm dwar il-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appelli, parti minn kull ħamsa tal-ispejjeż sostnuti minn Areva SA, Alstom SA, T & D Holding SA, Alstom Grid SAS u Alstom Grid AG relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appelli.
6)
Areva SA, Alstom SA, T & D Holding SA, Alstom Grid SAS u Alstom Grid AG għandhom ibatu erba’ minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appelli.
(1) ĠU C 211, 16.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy