5.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 133/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Marzu 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj — ir-Rumanija) — proċeduri kriminali kontra Rareș Doralin Nilaș, Sergiu-Dan Dascăl, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean, Ionuț Horea Baboș
(Kawża C-248/11) (1)
(Direttiva 2004/39/KE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Punt 14 tal-Artikolu 4(1) - Kunċett ta’ “suq irregolat” - Approvazzjoni - Rekwiżiti ta’ funzjonament - Suq li n-natura legali tiegħu ma hijiex speċifikata iżda li, wara amalgamazzjoni, ikun amministrat minn persuna ġuridika li wkoll suq irregolat - Artikolu 47 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ swieq irregolati - Direttiva 2003/6/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Manipulazzjoni tas-suq)
2012/C 133/18
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali
Rareș Doralin Nilaș, Sergiu-Dan Dascăl, Gicu Agenor Gânscă, Ana-Maria Oprean, Ionuț Horea Baboș
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Curtea de Apel Cluj — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263) u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 4(14), 9 sa 14 u 47 tagħha — Definizzjoni tal-kunċett ta’ “suq irregolat” — Inklużjoni tal-Borża Rasdaq, suq sekondarju tal-istrumenti finanzjarji, li ma hijiex awtorizzata mill-awtorità kompetenti, iżda amministrata mill-Borża ta’ Bukarest, awtorizzata bħala suq irregolat — Qafas ġuridiku applikabbli — Ksur ta’ manipulazzjoni tas-suq
Dispożittiv
(1)
Il-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE kif emendata mid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li suq ta’ strumenti finanzjarji, li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tat-Titolu III ta’ din id-direttiva, ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “suq irregolat”, kif iddefinit fl-imsemmija dispożizzjoni, minkejja li l-operatur tiegħu jkun amalgama mal-operatur ta’ tali suq irregolat.
(2)
L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/39, kif emendata mid-Direttiva 2007/44, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-inklużjoni ta’ suq fil-lista ta’ swieq irregolati inkluża f’dan l-artikolu ma tikkostitwixxix kundizzjoni neċessarja għall-kwalifika ta’ dan is-suq bħala suq irregolat fis-sens ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy