29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/12
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės — il-Litwanja) — AB Lietuvos geležinkeliai vs Vilniaus teritorinė muitinė, Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-250/11) (1)
(Eżenzjoni mid-dazji doganali u mill-VAT fuq l-importazzjoni ta’ beni - Karburant li jinsab fit-tankijiet standard ta’ vetturi bil-mutur li jinsaqu fuq l-art - Kunċett ta’ “vettura tat-triq bil-mutur” - Lokomotivi - Transport bit-triq u transport ferrovjarju - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ newtralità)
2012/C 295/20
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AB Lietuvos geležinkeliai
Konvenuti: Vilniaus teritorinė muitinė, Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės — Interpretazzjoni tal-Artikolu 112 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoni[j]iet minn dazju doganali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419) u tal-Artikolu 107(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, p. 23) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 82(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, li tiddetermina l-iskop tal-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 91) u tal-Artikolu 84(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE, tad-19 ta’ Ottubru 2009, li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (ĠU L 292, p. 5) — Importazzjoni, eżenti mid-dazji doganali u mill-VAT, ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet standard ta’ vetturi bil-mutur li jinsaqu fuq l-art — Kumpannija li mliet, fit-territorju ta’ Stat terz, it-tankijiet standard ta’ karburant tal-lokomotivi tagħha bid-diesel — Kunċett ta’ vettura tat-triq bil-mutur
Dispożittiv
L-Artikolu 112(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoni[j]iet minn dazju doganali, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1315/88, tat-3 ta’ Mejju 1988, l-Artikolu 107(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali, l-Artikolu 82(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 83/181/KEE, tat-28 ta’ Marzu 1983, li tiddetermina l-iskop tal-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 88/331/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1988, u l-Artikolu 84(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE, tad-19 ta’ Ottubru 2009, li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal-lokomotivi.
(1) ĠU C 226, 30.07.2011.
Full & Egal Universal Law Academy