7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka
(Kawża C-261/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Artikolu 31 tal-Ftehim ŻEE - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Trasferiment tal-attiv lejn Stat Membru ieħor - Intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi)
2013/C 260/07
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u N. Fenger, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: K. Petersen u M. T. Henze, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Schillemans u C. Wissels kif ukoll M. J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentant: L. Inez Fernandes, aġent), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u U. Persson, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 49 TFUE u tal-Artikolu 31 ŻEE — Dispożizzjonijiet fiskali li jipprovdu għal intaxxar immedjat fuq il-ħruġ fir-rigward ta’ kumpanniji li jittrasferixxu l-attiv tagħhom lejn Stat Membru ieħor, iżda li ma jipprovdux intaxxar ekwiparabbli fuq it-trasferimenti ta’ attiv ġewwa t-territorju nazzjonali
Dispożittiv
(1)
Billi adotta u żamm fis-seħħ l-Artikolu 8(4) tal-Liġi fuq l-intaxxar ta’ kumpanniji b’azzjonijiet et (lovbekendtgørelse nr. 1376 om indkomstbeskatning af aktieselskaber m.v.), tas-7 ta’ Diċembru 2010, dwar l-intaxxar immedjat tad-dħul ta’ kumpanniji b’azzjonijiet u, għaldaqstant, sistema fiskali li tipprevedi l-intaxxar immedjat tal-qligħ kapitali moħbi marbut ma’ trasferiment ta’ attiv, imwettaq minn kumpannija stabbilita fid-Danimarka, lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew lejn Stat terz parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 49 TFUE u 31 ta’ dan il-ftehim.
(2)
Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy