29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 — Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG, Sanha Italia Srl vs vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-264/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Sanzjoni - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u ta’ prodotti li jinkludu r-ram - Valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta’ klemenza)
2012/C 295/22
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG, Sanha Italia Srl (rappreżentanti: J. Brück, Rechtsanwalt)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tal-24 ta’ Marzu 2011 — Kaimer et vs Il-Kummissjoni (T-379/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors tal-appellanti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u ta’ prodotti li jinkludu r-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq l-appellanti — Żnaturament tal-provi — Evalwazzjoni żbaljata tal-valur probatorju tad-dikjarazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-politika ta’ klemenza — Ksur tal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Kaimer GmbH & Co. Holding KG, Sanha Kaimer GmbH & Co. KG u Sanha Italia Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011
Full & Egal Universal Law Academy