3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 225/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja
(Kawża C-270/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/24/KE - Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika - Senteza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata ksur - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa)
2013/C 225/09
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Tufvesson u D. Maidani kif ukoll F.Courdert, aġenti]
Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Meyer-Seitz, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 260 TFUE — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Frar 2010 fil-Kawża C-185/09, Il-Kummissjoni vs L-Isvezja — Talba sabiex tiġi ffissata penalità
Dispożittiv
(1)
Billi ma ħax il-miżuri neċessarji meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-4 ta’ Frar 2010, Il-Kummissjoni vs L-Isvezja (C-185/09), dwar in-nuqqas ta’ traspożizzjoni fid-dritt intern tiegħu tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/24, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, kif ukoll billi ma adottax, fit-terminu stabbilit, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mal-imsemmija direttiva, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260 TFUE.
(2)
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fuq il-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea” somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljun.
(3)
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 226, 30.7.2011
Full & Egal Universal Law Academy