17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Baranya Megyei Bíróság — l-Ungerija) — Mecsek-Gabona Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-273/11) (1)
(VAT - Direttiva 2006/112KE - Artikolu 138(1) - Kundizzjonijiet għal eżenzjoni ta’ tranżazzjoni intra-Komunitarja kkaratterizzata mill-obbligu tax-xerrej li jiżgura t-trasport tal-merkanzija li huwa jiddisponi minnha bħala proprjetarju mill-mument tat-tagħbija - Obbligu tal-bejjiegħ li jipprova li l-merkanzija telqet fiżikament mit-territorju tal-Istat Membru tal-provvista - Tħassir, b’effett retroattiv, tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej)
2012/C 355/09
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Baranya Megyei Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mecsek-Gabona Kft
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Baranya Megyei Bíróság — Interpretazzjoni tal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Kundizzjonijiet għal eżenzjoni ta’ tranżazzjoni intra-Komunitarja kkaratterizzata mill-obbligu tax-xerrej li jiżgura t-trasport tal-merkanzija li huwa jiddisponi minnha bħala proprjetarju mill-mument tat-tagħbija — Obbligu tal-persuna taxxabbli li jipprova li l-merkanzija ġiet ittrasportata fi Stat Membru ieħor u li, wara dan it-trasport, ħalliet fiżikament it-territorju tal-Istat Membru ta’ provvista.
Dispożittiv
(1)
L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-benefiċċju tad-dritt għal eżenzjoni ta’ provvista intra-Komunitarja mill-VAT jiġi rrifjutat lill-bejjiegħ, bil-kundizzjoni li jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li dan tal-aħħar ma ssodisfax l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-provi jew li kien jaf jew kien messu kien jaf li t-tranżazzjoni li kien għamel kienet involuta fi frodi mwettqa mix-xerrej u li ma kienx ħa l-miżuri raġonevoli kollha li seta’ jieħu sabiex jevita l-parteċipazzjoni tiegħu f’din il-frodi.
(2)
L-eżenzjoni ta’ provvista intra-Komunitarja mill-VAT, fis-sens tal-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, ma tistax tiġi rrifjutata lill-bejjiegħ minħabba s-sempliċi raġuni li l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru ieħor ħassret in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tax-xerrej li, minkejja li dan it-tħassir seħħ wara l-provvista tal-merkanzija, kellu effett, b’mod retroattiv, għal data qabel dik li fiha saret din il-provvista.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy