18.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Marzu 2013 — Viega GmbH & Co.KG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-276/11 P) (1)
(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram - Attrezzaturi end-feed u b’furċella - Produzzjoni u evalwazzjoni tal-provi - Dritt għal smigħ quddiem qorti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
2013/C 141/06
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Viega GmbH & Co. KG (rappreżentanti: J. Burrichter, T. Mäger u M. Röhrig, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentati: V. Bottka, R. Sauer, aġenti u A. Böhlke, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011, Viega GmbH & Co. KG vs Il-Kummissjoni (T-375/06), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4180 finali, tal-20 ta’ Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-settur tal-attrezzaturi tar-ram u tal-liga tar-ram jew, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Ksur tad-dritt għal smigħ quddiem qorti, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni — Ksur tal-prinċipji ta’ proċedura ta’ investigazzjoni — Ksur tal-Artikolu 81(1) KE, u tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Viega GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 238, 13.8.2011
Full & Egal Universal Law Academy