14.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 367/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea vs Access Info Europe, Ir-Repubblika Ellenika, Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawżi magħquda C-280/11 P) (1)
(Appell - Dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) - Protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet - Nota tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill dwar il-proposti ppreżentati fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva għar-reviżjoni tal-istess Regolament Nru 1049/2001 - Aċċess parzjali - Rifjut ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar l-identità tal-Istati Membri awturi tal-proposti)
2013/C 367/02
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)
Partijiet intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u D. Hadroušek, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentant: G. de Bergues u N. Rouam, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Access Info Europe (rappreżentanti: O. Brouwer u J. Blockx, avukati), Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u M. K. Boskovits, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
Parti intervenjenti in sostenn ta’ Access Info Europe: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Caiola u M. Dean, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Marzu 2011- Access Info Europe vs Il-Kunsill (T-233/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2009, li tirrifjuta parzjalment li tagħti lil Access Info Europe aċċess għal nota maħruġa mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, għall-attenzjoni tal-grupp “informazzjoni” (Dokument Nru 16338/08), dwar proposta ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż ta’ Access Info Europe.
(3)
Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy