22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-281/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Użu kkonfinat ta’ mikroorganiżmi mmodifikati ġenetikament - Direttiva 2009/41/KE - Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta)
2014/C 52/07
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Traspożizzjoni inkorretta u inkompleta tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 125, p. 75)
Dispożittiv
(1)
Billi ma ttrasponietx l-Artikolu 3(3), l-Artikolu 7, l-Artikolu 8(2) u (3), l-Artikolu 9(2)(a), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) u (4) tad-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva.
(2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
(3)
Il-Kummissjoni u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy