16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 — Mitteldeutsche Flughafen AG, Flughafen Leipzig/Halle GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV)
(Kawża C-288/11 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat - Kunċett ta’ “impriża” - Attività ekonomika - Kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti - Runway għat-tlugħ u l-inżul tal-ajruplani)
2013/C 46/09
Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Mitteldeutsche Flughafen AG, Flughafen Leipzig/Halle GmbH (rappreżentanti: M. Núñez Müller u J. Dammann, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) (rappreżentanti: L. Giesberts u G. Kleve, avukati)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 — Freistaat Sachsen et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-443/08 u T-455/08), Mitteldeutsche Flughafen u Flughafen Leipzig/Halle vs Il-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig/Halle (ĠU L 346, p. 31) — Applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għall-għajnuna mogħtija għall-kostruzzjoni ta’ infrastrutturi tal-ajruporti — Kunċett ta’ “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE — Applikazzjoni ratione temporis tal-Linji gwida tal-Kummissjoni
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Mitteldeutsche Flughafen AG u Flughafen Leipzig-Halle GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.
(3)
Arbeitsgemeinschaft Deutscher Verkehrsflughäfen eV (ADV) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy