22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs TNT Freight Management (Amsterdam) BV
(Kawża C-291/11) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura magħquda - Intestaturi tariffarji 3002 u 3502 - Albumina tad-demm ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi - Ipproċessar tal-prodott)
2012/C 287/25
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: TNT Freight Management (Amsterdam) BV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Nomenklatura magħquda — Intestaturi tariffarji — Interpretazzjoni — Albumina tad-demm ippreparata għal użi terapewtiċi jew profilattiċi — Kunċett — Albumina tad-demm li ma għandha l-ebda effett terapewtiku iżda li hija indispensabbli u użata esklużivament għall-preparazzjoni ta’ prodotti li huma stess għandhom effetti terapewtiċi jew profilattiċi
Dispożittiv
In-nota 1(g) tal-Kapitolu 30 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, moqrija flimkien man-nota 1(b) tal-Kapitolu 35 ta’ din in-nomenklatura, għandha tiġi interpretata fis-sens li albumina tad-demm li fiha nnifisha ma għandha l-ebda effett terapewtiku jew profilattiku, iżda li ġiet prodotta għall-preparazzjoni tal-prodotti li għandhom effett profilattiku jew terapewtiku u hija indispensabbli għal din il-preparazzjoni, u li, min-natura tagħha stess, tista’ tintuża biss għal dan il-għan, ġiet ippreparata għal użu terapewtiku jew profilattiku, fis-sens ta’ din in-nota.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011
Full & Egal Universal Law Academy