18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione — l-Italja) — Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate vs Elsacom NV
(Kawża C-294/11) (1)
(Tmien Direttiva tal-VAT - Regoli dettaljati għar-rimbors tal-VAT lill-persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż - Terminu għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-rimbors - Terminu ta’ dekadenza)
2012/C 250/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate
Konvenuta: Elsacom NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Corte suprema di cassazione — Interpretazzjoni tal-Artikolu 7(1) tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79) — Terminu għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal rimbors ta’ sitt xhur mill-iskadenza tas-sena kalendarja li matulha t-taxxa saret dovuta — Natura ġuridika tat-terminu previst mid-Direttiva
Dispożittiv
It-terminu ta’ sitt xhur previst fl-aħħar sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tat-Tmien Direttiva 79/1072/KEE tal-Kunsill, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, huwa terminu ta’ dekadenza.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy