12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — il-Pajjizi l-Baxxi) — Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Vlaardingen
(Kawża C-299/11) (1)
(Tassazzjoni - VAT - Tranżazzjonijiet taxxabbli - Applikazzjoni għall-iskopijiet tan-negozju ta’ merkanzija akkwistata “matul tali negozju” - Assimilazzjoni ma’ provvista magħmula bi ħlas - Grawnds li huma l-proprjetà tal-persuna taxxabbli u li ġew ittrasformati minn terz)
2013/C 9/26
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Gemeente Vlaardingen
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Interpretazzjoni tal-Artikoli 5(5) u (7)(a) u 11 A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) — Tranżazzjonijiet taxxabbli — Applikazzjoni ta’ merkanzija għall-iskopijiet tan-negozju — Applikazzjoni għal attivitajiet eżentati tal-impriża ta’ grawnd li huwa l-proprjetà tagħha u li ġie ttrasformat f’isimha minn terz bi ħlas
Dispożittiv
L-Artikolu 5(7)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, moqri flimkien mal-Artikolu 11 A(1)(b) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-applikazzjoni minn persuna taxxabbli, għall-iskopijiet ta’ attività ekonomika eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud, ta’ grawnds li huma l-proprjetà tagħha u li qabbdet lil terz jittrasformahom, tista’ tkun suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud li jkollha bħala bażi t-total tal-valur tal-art li fuqha jkunu jinsabu dawn il-grawnds u tan-nefqa għat-trasformazzjoni tagħhom, sakemm din il-persuna taxxabbli ma tkunx diġà ħallset it-taxxa fuq il-valur miżjud marbuta ma’ dan il-valur u ma’ din in-nefqa, u sakemm il-grawnds inkwistjoni ma jaqgħux taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13 B(h) tad-direttiva msemmija.
(1) ĠU C 269, 10.9.2011.
Full & Egal Universal Law Academy