25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2012 — XXXLutz Marken GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Natura Selection, SL
(Kawża C-306/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Trade mark figurattiva Linea Natura Natur hat immer Stil - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark figurattiva Komunitarja natura selection - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni)
2012/C 258/10
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: XXXLutz Marken GmbH (rappreżentant: H. Pannen, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent), Natura Selection, SL
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla), tal-24 ta’ Marzu 2011, XXXLutz Marken vs UASI — Natura Selection (Linea Natura Natur hat immer Stil) (T-54/09) li tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2008 (Każ R 1787/2007-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Natura Selection, SL u XXXLutz Marken GmbH — Probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali figurattivi “natura selection” u “Linea Natura Natur hat immer Stil” — Evalwazzjoni żbaljata tax-xebh ta’ dawn is-sinjali — Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
XXXLutz Marken GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 238, 13.08.2011.
Full & Egal Universal Law Academy