16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- First-tier Tribunal (Tax Chamber) — ir-Renju Unit) — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-310/11) (1)
(Tassazzjoni - VAT - It-Tieni Direttiva 67/228/KEE - Artikolu 8(a) - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Provvista ta’ oġġetti - Valur taxxabbli - Kummissjoni mħallsa minn Kumpannija ta’ bejgħ b’korrispondenza lill-aġent tagħha - Xiri ta’ klijenti terzi - Tnaqqis tal-prezz wara l-fatt taxxabbli - Effett dirett)
2013/C 46/10
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grattan plc
Konvenuta: The Commissioners of Her Majesty's Revenue & Customs
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — First-tier Tribunal (Tax Chamber) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 71, p. 1303) — Valur taxxabbli — Provvista ta’ beni — Kummissjoni mħallsa minn kumpannija li tbiegħ bil-korrispondenza lill-aġent tagħha, li jintervjeni bħala intermedjarju fil-kunsinna ta’ beni lill-konsumatur finali — Kummissjoni fil-forma jew ta’ ħlas fi flus jew inkella permezz ta’ kreditu fuq l-ammonti dovuti lill-kumpannija għal beni mixtrija mill-aġent għall-użu personali tiegħu — Tnaqqis retroattiv tal-valur taxxabbli tal-provvisti ta’ beni mwettqa qabel l-01/01/1978 abbażi tal-effett dirett tal-Artikolu 8(a) tad-direttiva u/jew abbażi tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali jew ta’ trattament ugwali
Dispożittiv
L-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jagħtix lil persuna taxxabbli d-dritt li tikkunsidra a posteriori li l-valur taxxabbli ta’ provvista ta’ oġġetti kien tnaqqas meta, wara d-data ta’ meta seħħet din il-provvista ta’ oġġetti, il-fornitur ta lill-aġent kreditu li dan tal-aħħar iddeċieda li jieħu jew fil-forma ta’ ħlas fi flus, jew inkella fil-forma ta’ kreditu validu fuq ammonti dovuti lill-fornitur għal provvisti ta’ oġġetti diġà mwettqa.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy