22.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Lulju 2012 — Smart Technologies ULC vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-311/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artkolu 7(1)(b) - Trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH - Trade mark li tikkonsisti fi slogan ta’ reklamar - Karattru distintiv - Rifjut ta’ reġistrazzjoni)
2012/C 287/26
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Smart Technologies ULC (rappreżentanti: M. Edenborough QC, T. Elias, barrister)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Bord tal-Appell) tat-13 ta’ April 2011 Smart Technologies vs UASI (T-523/09) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors li jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni R 554/2009-2 tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Settembru 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali “WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH”, għal prodotti fil-klassi 9
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Smart Technologies ULC hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 269, 10.9.2011
Full & Egal Universal Law Academy