7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Lulju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-313/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 1829/2003 - Għalf - Ikel immodifikat ġenetikament - Produzzjoni, tqegħid fis-suq jew użu - Projbizzjoni nazzjonali li għadha ma daħlitx fis-seħħ)
2013/C 260/08
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u A. Szmytkowska, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: M. Szpunar, aġent)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 16(5), 19, 20 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, p. 1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ikel għall-annimali immodifikati ġenetikament
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Il Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011
Full & Egal Universal Law Academy