24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña — Spanja) — Germán Rodríguez Cachafeiro u María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor vs Iberia, Líneas Aéreas de España SA
(Kawża C-321/11) (1)
(Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Kumpens tal-passiġġieri f’każ ta’ meta passiġġieri ma jitħallewx jitilgħu - Kunċett ta’ ‘li ma jitħallewx jitilgħu’ - Kanċellazzjoni, mit-trasportatur, tal-karta ta’ imbarkazzjoni ta’ passiġġier minħabba dewmien allegat ta’ titjira preċedenti rreġistrata simultanjament għat-titjira inkwistjoni u operata mill-istess trasportatur)
2012/C 366/21
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Germán Rodríguez Cachafeiro, María de los Reyes Martínez-Reboredo Varela-Villamor
Konvenuta: Iberia Líneas Aéreas de España SA
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil no 2 de A Coruña — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(j), 3(2), 4(3), 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10) — Kunċett ta’ “li ma jitħallewx jitilgħu” — Persuna li ma titħalliex titla’ f’ajruplan konness minħabba d-dewmien tal-ewwel titjira imputabbli lill-kumpannija tal-ajru — Għoti tal-postijiet fit-titjira konnessa lil passiġġieri oħra minħabba l-impossibbiltà, prevista iżda li ma seħħitx, li l-passiġġieri jaslu fil-ħin għat-titjira konnessa tagħhom
Dispożittiv
L-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 261/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ meta passiġġieri “ma jitħallewx jitilgħu” jinkludi s-sitwazzjoni fejn, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ trasport waħdieni li jinkludi diversi riżervazzjonijiet fuq titjiriet minnufih suċċessivi u rreġistrati simultanjament, trasportatur bl-ajru jiċħad it-tlugħ lil ċerti passiġġieri minħabba li l-ewwel titjira inkluża fir-riżervazzjoni tagħhom sofriet dewmien dovut għal dan it-trasportatur u li dan ippreveda b’mod żbaljat li dawn il-passiġġieri ma kinux ser jaslu fil-ħin sabiex jitilgħu għat-tieni titjira.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011
Full & Egal Universal Law Academy