27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 — United States Polo Association vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-327/11 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Sinjal verbali ‘U.S. POLO ASSN.’ - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali preċedenti POLO-POLO)
2012/C 331/15
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: United States Polo Association (rappreżentant: P. Goldenbaum, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tat-13 ta’ April 2011, United States Polo Association vs UASI (T-228/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “U.S. POLO ASSN.” għal prodotti fil-klassijiet 9, 20, 21, 24 u 27, kontra d-Deċiżjoni R 886/2008-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tal-20 ta’ Marzu 2009, li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni magħmula mill-proprjetarju tat-trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali “POLO-POLO”, għal prodotti fil-klassijiet 24, 35 u 39 — Interpretazzjoni u applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
United States Polo Association hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 311, 22.10.2011.
Full & Egal Universal Law Academy