29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Lulju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Lyon — Franza) — Receveur principal des douanes de Roissy Sud, Receveur principal de la recette des douanes de Lyon Aéroport, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon, Administration des douanes et droits indirects vs Société Rohm & Haas Electronic Materials CMP Europe GmbH, Rohm & Haas Europe s.à.r.l., Société Rohm & Haas Europe Trading APS-UK Branch)
(Kawża C-336/11) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura magħquda - Bċejjeċ għall-illostrar esklużivament intiżi għal magna li tillostra d-diski ta’ materjal semikonduttur - Intestaturi tariffarji 3919 u 8466 (jew 8486) - Kunċetti ta’ “bċejjeċ” u ta’ “aċċessorji”)
2012/C 295/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Lyon
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Receveur principal des douanes de Roissy Sud, Receveur principal de la recette des douanes de Lyon Aéroport, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon, Administration des douanes et droits indirects
Konvenuti: Société Rohm & Haas Electronic Materials CMP Europe GmbH, Rohm & Haas Europe s.à.r.l., Société Rohm & Haas Europe Trading APS-UK Branch
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Cour d’appel de Lyon — Interpretazzjoni tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 301, p. 1) u Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007 (ĠU L 286, p. 1) — Biċċiet għall-illostrar intiżi esklużivament għal magna li tillostra d-diski semikondutturi — Intestaturi tariffarji 3919 u 8466 — Kunċetti ta’ “partijiet” jew “għodod li jistgħu jinbidlu bejniethom” — Eżenzjoni — Rimbors tad-dazji doganali
Dispożittiv
In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tariffarja u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha kif jirriżultaw suċċessivament mir-Regolamenti, li jemendaw l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2658/87, tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003, tal-Kummissjoni (KE) Nru 1810/2004, tas-7 ta’ Settembru 2004, tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005 u tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tkun interpretata fis-sens li l-bċejjeċ għall-illostrar intiżi għal magna li tillostra xogħol ta’ materjali semikondutturi — li bħala tali taqa’ taħt l-intestatura tariffarja 8464 (jew taħt l-intestatura 8486 sa mill-1 ta’ Jannar 2007) — importati separatament mill-magna, ippreżentati fl-għamla ta’ diski mtaqqba fiċ-ċentru tagħhom, ikkostitwiti minn saff iebes ta’ polyurethane, minn saff ta’ xkuma ta’ polyurethane, minn saff ta’ kolla u minn saff protettiv irqiq ħafna u magħmul mill-plastk, li ma fihom l-ebda parti tal-metall u l-ebda sustanza li tobrox u li huma użati għall-illostrar ta’ “wafers”, flimkien ma likwidu li jobrox u li għandhom jiġu ssostitwiti bi frekwenza li hija ddeterminata mir-rata ta’ użu tagħhom, jaqgħu taħt is-subintestatura 3919 90 10, bħala forom ċatti, maqtugħin f’rettangoli (inklużi kwadri), li jeħlu waħedhom magħmula mill-plastik.
(1) ĠU C 269, 10.09.2011
Full & Egal Universal Law Academy