24.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Lulju 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — il-Belġju) — Argenta Spaarbank NV vs Belgische Staat
(Kawża C-350/11) (1)
(Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tnaqqis għal kapital b’riskju - Interessi kunċettwali - Tnaqqis tal-ammont deduċibbli għal kumpanniji li għandhom stabbilimenti f’pajjiż barrani li jiġġenera dħul eżenti bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja)
2013/C 245/04
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV
Konvenuta: Belgische Staat
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tnaqqis għal kapital b’riskju (“interessi kunċettwali”) — Tnaqqis tal-ammont deduċibbli għal kumpanniji li għandhom stabbilimenti f’pajjiż barrani li jiġġenera dħul eżenti bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-kalkolu ta’ tnaqqis mogħti lil kumpannija suġġetta kompletament għat-taxxa fi Stat Membru, il-valur nett tal-assi ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, meta l-profitti ta’ dan l-istabbiliment permanenti ma humiex taxxabbli fl-ewwel Stat Membru bis-saħħa ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja, filwaqt li l-assi attribwiti għal stabbiliment li jinsab fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni għal dan il-għan.
(1) ĠU C 282, 24.09.2011.
Full & Egal Universal Law Academy