7.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 200/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-352/11) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/1/KE - Prevenzjoni u kontroll integrati tat-tniġġis - Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ installazzjonijiet eżistenti - Obbligu li jiġi żgurat li tali installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti ta’ din id-direttiva)
2012/C 200/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u A. Posch, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (ĠU L 24, p. 8) — Kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-installazzjonijiet eżistenti — Obbligu li jiġi żgurat li dawn l-installazzjonijiet jintużaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-imsemmija direttiva
Dispożittiv
(1)
Billi naqset milli toħroġ awtorizzazzjonijiet skont l-Artikoli 6 u 8 tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Jannar 2008, dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż, milli teżamina mill-ġdid, u skont il-każ, milli timplementa l-awtorizzazzjonijiet eżistenti u li tiżgura li l-installazzjonijiet kollha eżistenti jintużaw skont ir-rekwiżiti previsti fl-Artikoli 3, 7, 9, 10 13, 14(a) u (b) u 15(2) ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva.
(2)
Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 252, 27.08.2011
Full & Egal Universal Law Academy