2.3.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — Hewlett-Packard Europe BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp
(Kawża C-361/11) (1)
(Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifika tat-tariffi - Printers multifunzonali magħmula minn assemblaġġ ta’ modulu ta’ stampar permezz tal-lażer u ta’ modulu ta’ skennjar, b’funzjoni ta’ kopjatur - Subintestatura 8443 31 91 - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1031/2008)
2013/C 63/06
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hewlett-Packard Europe BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane West, kantoor Hoofddorp
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Rechtbank Haarlem — Tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja ta’ printers multifunzonali magħmula minn assemblaġġ ta’ tliet moduli (printer, scanner, photocopier) — Klassifikazzjoni, qabel l-1 ta’ Jannar 2007, fis-subintestatura 8471 60 20 tan-Nomenklatura Magħquda, liema klassifikazzjoni tippermetti l-eżenzjoni ta’ dawn il-printers mid-dazji doganali, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-11 ta’ Diċembru 2008, fil-Kawżi magħquda C-362/07 u C-363/07, Kip Europe (Ġabra p. I-9489) — Validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 291, p. 1)
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi preliminari ma wera l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, sa fejn dan jikklassifika fis-subintestatura 8443 31 91 tan-Nomenklatura Magħquda li tidher fl-Anness I tar-Regolament Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 254/2000, tal-31 ta’ Jannar 2000, printers multifunzjonali, bħal dawk li huma s-suġġett fil-kawża prinċipali, magħmula mill-assemblaġġ ta’ modulu ta’ stampar permezz tal-lażer u ta’ modulu ta’ skennjar, b’funzjoni ta’ kopjatur, rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera fix-xahar ta’ April 2009.
(1) ĠU C 282, 24.9.2011
Full & Egal Universal Law Academy